kif tuża allarmi f’windows 10

Kif tuża l-applikazzjoni Allarmi & Arloġġ

Injora jew ogħnos l-allarmi

L-allarmi jagħmlu ħoss anke meta l-applikazzjoni tkun magħluqa, il-ħoss mitfi, il-PC tiegħek imsakkar, jew (fuq xi laptops jew tablets aktar ġodda li għandhom InstantGo), fil-modalità ta’ Sospensjoni.

Iżda dawn mhux se jaħdmu meta l-PC tiegħek ikun qed jibernizza jew ikun mitfi. Żgura li żżomm l-PC tiegħek pplaggjat f’kurrent AC biex timpedih milli jibernizza.
Biex togħnos jew tinjora l-allarm:
Fin-notifika li titla, agħżel Injora biex titfih, jew Ogħnos biex jerġa’ jdoqq wara perjodu qasir.
Jekk in-notifika tagħlaq qabel ma tilħaqha, agħżel l-ikona taċ- ċentru tal-azzjoni fir-rokna leminija t’isfel biex tarah fil-lista u tagħżlu minn hemm.
Jekk l-iskrin ikun imsakkar, in-notifika tal-allarm tidher fuq nett tal-iskrin imsakkar, u tista’ titfih minn hemm.

X’hemm ġdid

L-applikazzjoni Allarmi & Arloġġ tikkombina żveljarin ma’ arloġġi dinjija, kronometru, u stopwatch. Hawn xi ftit affarijiet li tista’ tagħmel b’din l-applikazzjoni:
Isma’, ogħnos, u injora allarmi anke meta l-iskrin huwa msakkar jew il-ħoss mitfi
Agħżel ħsejjes differenti jew il-mużika tiegħek stess għal allarm
Qabbel il-ħinijiet minn madwar id-dinja kollha

Arloġġi dinjiija

Hawn kif iżżid lokalità u tqabbel il-ħinijiet mid-dinja kollha:
Fl-applikazzjoni Allarmi & Arloġġ, agħżel Arloġġ Dinji, u mbagħad Ġdid + fil-qiegħ.
Daħħal l-ewwel ftit ittri tal-lokalità li tixtieq, u mbagħad agħżilha fil-lista dropdown. Jekk ma tarax dik li tixtieq, daħħal lokalità oħra li qiegħda fl-istess żona tal-ħin.
Agħżel Qabbel il-ħinijiet (iż-żewġ arloġġi fil-qiegħ), u mbagħad mexxi s-slider biex tagħżel ħin ġdid biex tqabbel. Agħżel lokalità fuq il-mappa biex tibdel għal liema post is-slider qed jirreferi.
Biex toħroġ mill-modalità Qabbel il-Ħinijiet, agħżel il-buttuna Lura , jew agħfas Esc.

kif tuża allarmi f’windows 10
kif tuża allarmi f’windows 10

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *