sewwi konnessjonijiet f’tagħmir tal-awdjo bluetooth u displejs bla fili f’windows 10

Sewwi konnessjonijiet f’tagħmir tal-awdjo Bluetooth u displejs bla fili

Awdjo Bluetooth

Jekk meta tagħfas il-buttunaAqbad fiċ-ċentru tal-azzjoni, it-tagħmir tiegħek ma jinstabx, ipprova dan li ġej:
Żgura li t-tagħmir Windows tiegħek jappoġġja Bluetooth u li huwa mixgħul. Tara buttuna ta’ Bluetooth fiċ-ċentru tal-azzjoni.


Jekk ma tarax il-buttuna ta’ Bluetooth, ipprova aġġorna d-drajver tat-tagħmir tiegħek. Hawn kif: Mur fil- Bidu, daħħal Maniġer tat-Tagħmir, agħżlu mil-lista tar-riżultati, u mbagħad, fil- Maniġer tat-Tagħmir, sib it-tagħmir tiegħek, ikklikkja lemin (jew agħfas u żomm), agħżel Aġġorna s-Softwer tad-Drajver, agħżel Fittex awtomatikament għal softwer tad-drajver aġġornat, u mbagħad segwi l-bqija tal-passi.
Jekk Bluetooth huwa mixgħul, u d-drajver huwa aġġornat, iżda t-tagħmir tiegħek xorta ma jaħdimx, ipprova neħħi t-tagħmir u erġa’ akkoppjah. Hawn kif: Mur f’ Bidu, daħħal Tagħmir, agħżel Bluetooth, agħżel it-tagħmir, agħżel Neħħi t-tagħmir, u mbagħad ipprova erġa’ akkoppja.
Żgura li t-tagħmir tal-awdjo attivat għall-Bluetooth huwa mixgħul u jista’ jinstab. Il-mod kif tagħmel dan ivarja skont it-tagħmir, għalhekk iċċekkja l-informazzjoni li kellek mat-tagħmir tiegħek jew mur fil-websajt tal-manifattur.

Tagħmir Miracast

Jekk meta tagħfas il-buttunaAqbad fiċ-ċentru tal-azzjoni, it-tagħmir tiegħek ma jinstabx, ipprova dan li ġej:
Żgura li t-tagħmir Windows tiegħek jappoġġja Miracast billi tiċċekkja l-informazzjoni li kellek miegħu jew billi tmur fil-websajt tal-manifattur.
Żgura li l-Wi-Fi huwa mixgħul.
Żgura li d-displej li tixtieq tipprojetta jappoġġja Miracast u li hu mixgħul. Jekk le, tkun teħtieġ adapter Miracast (kultant imsejjaħ “dongle”) li jipplaggja f’port HDMI.

Tagħmir WiGig

Jekk meta tagħfas il-buttunaAqbad fiċ-ċentru tal-azzjoni, it-tagħmir tiegħek ma jinstabx, ipprova dan li ġej:
Żgura li t-tagħmir Windows tiegħek jappoġġja WiGig u li huwa mixgħul. Jekk il-PC tiegħek jappoġġja WiGig, tara buttuna WiGig fis- Settings > Modalità tal-ajruplan.
Żgura li d-displej jappoġġja WiGig. Jekk le, tkun teħtieġ dock WiGig.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *