Dwar is-settings tas-sinkronizzazzjoni f’tagħmir ta’ Windows 10
Meta s-sinkronizzazzjoni tkun mixgħula, Windows iżomm rekord tas-settings li huma importanti għalik u jissettjahom għalik fuq it-tagħmir kollu tiegħek ta’ Windows 10.
Tista’ tagħżel li tissinkronizza affarijiet bħas-settings tal-brawżer tal-web, il-passwords, u t-temi tal-kulur. Jekk tixgħel Settings oħrajn ta’ Windows, Windows jissinkronizza xi settings tat-tagħmir (għal affarijiet bħal printers u għażliet tal-maws), settings tal-Esploratur tal-Fajls, u preferenzi tan-notifiki.
Sabiex taħdem is-sinkronizzazzjoni, jeħtieġ tidħol f’Windows 10 bil-kont tiegħek ta’ Microsoft (jew illinkja l-kont tiegħek ta’ Microsoft mal-kont tax-xogħol jew tal-iskola tiegħek) fuq kwalunkwe tagħmir li tixtieq iżżomm sinkronizzat. Jekk l-għażla ta’ Issinkronizza s-settings mhix disponibbli fit-tagħmir tiegħek, l-organizzazzjoni tiegħek tista’ ma tippermettix din il-karatteristika.