kif inkun naf jekk nafdax websajt f’microsoft edge

Kif inkun naf jekk nafdax websajt f’Microsoft Edge?

Jekk tara buttuna b’katnazz ħdejn l-indirizz ta’ websajt f’Microsoft Edge, dan ifisser li:
Dak li tibgħat u tirċievi mill-websajt huwa ċċifrat, li jagħmilha diffiċli għal xi ħadd ieħor biex jikseb din l-informazzjoni.


Il-websajt huwa vverifikat, li jfisser li l-kumpanija li tħaddem is-sit għandha ċertifikat li jagħti prova li hija l-propjetarju. Ikklikkja l-buttuna b’katnazz biex tara min hu l-propjetarju tas-sit u min ivverifikah.
Filwaqt li katnazz griż ifisser li l-websajt huwa ċċifrat u vverifikat, katnazz aħdar ifisser li Microsoft Edge iqis il-websajt aktar probabbli li huwa awtentiku. Dan minħabba li qed juża ċertifikat ta’ Validazzjoni Estiża (EV), li jeħtieġ proċess ta’ verifika tal-identità aktar rigoruż.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *